4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/14
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2012 — Uti worldwide et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-264/12)
2012/C 235/35
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: UTi Worldwide, Inc. (Tortola, British Virgin Islands), UTi Nederland BV (Schiphol, il-Pajjiżi l-Baxxi) u UTI Worldwide (UK) Ltd (Reading, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Kirch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla l-Artikolu 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, fil-Każ COMP/39.462 — “burdnara” — safejn din tirrigwarda lir-rikorrenti;
—
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2012. safejn din tirrigwarda lir-rikorrenti, u tannulla jew tnaqqas l-ammont tal-multa rispettivament,
—
tiżgura li l-konklużjoni u d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar UTI Nederland u UTI UK japplikaw bis-sħiħ għall UTI Worldwide Inc, bħala kumpannija parent mhux implikata fil-fatti tal-każ li wasslu għad-deċiżjoni iżda responabbli għall-kumpanniji sussidjarji tagħha skont it-termini tad-deċiżjoni, u;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi, li kull wieħed minnhom għandu tlett punti.
(1)
L-ewwel motiv, insostenn tal-ewwel parti tal-talbiet, jallega li r-rikorrenti ma kisritx l-Artikolu 101 TFUE u 53 tal-Ftehim ŻEE:
—
Il-Kummissjoni wettqet żball manifest billi inkludiet lir-rikorrenti fl-allegat akkordju tas-Sistema Awtomatizzata ta’ Manifest (“AMS”) u naqset milli tevalwa fatti u tagħmel analiżi kompleta u korretta tal-provi tagħha stess billi:
—
il-Kummissjoni analizzat b’mod żbaljat il-fatti fil-provi tagħha stess;
—
id-deċiżjoni stabbiliet b’mod żbaljat l-ambitu tad-diskussjoni li saret fil-qafas tal-assoċjazzjoni Freight Forward International (“FFI”);
—
il-membri tal-FFI ma qablux fuq il-prezz jew firxa ta’ prezzijiet;
—
ir-rikorrenti u burdnara oħra selettivament imponew miżati tal-AMS għal vantaġġ kompetittiv;
—
il-Kummissjoni injorat provi ċari li s-sħubija tar-rikorrenti fl-FFI ma urietx l-involviment tar-rikorrenti fl-akkordju tal-miżati AMS; u
—
il-Kummissjoni tinjora provi ċari li r-rikorrenti indipendentement stabbilew il-miżati AMS tagħhom abbażi tal-miżati AMS tat-trasportaturi tal-merkanzija bl-ajru u fatturi oħra tal-ipprezzar tas-suq.
—
Il-Kummissjoni naqset milli tistabilixxi li r-rikorrenti pparteċipaw fi ftehim li joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi:
—
il-preżenza tar-rikorrenti f’sitt laqgħat tal-FFI u f’konferenza bit-telefon ma tissodisfax l-istandards legali għall-ksur tal-Artikolu 101 TFUE; u
—
id-deċiżjoni ma fiha ebda prova li r-rikorrenti pparteċipaw f’xi diskussjonijiet bilaterali jew multilaterali barra mill-FFI fir-rigward tal-miżata AMS.
—
Il-miżata AMS ma kellha ebda “effett apprezzabbli” fuq il-kompetizzjoni, billi:
—
il-miżata AMS kienet komponent żgħir tal-prezz totali tal-vjaġġ, u
—
il-miżata AMS kienet inevitabbli bbażata fuq d-deċiżjoni tat-trasportaturi tal-merkanzija bl-ajru li jdaħħlu miżata u għalhekk ma kellha ebda effett apprezzabbli fuq is-suq.
(2)
It-tieni motiv, insostenn tat-tieni parti tal-forma tal-ordni mixtieqa tallega li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-multa tikser l-Artikolu 23(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1), il-linji gwida dwar il-multi tal-Kummissjoni stess (2), u l-prinċipju ta’ proporzjonalità u jinkludi żball ta’ kalkolazzjoni:
—
Il-Kummissjoni tonqos milli tapplika il-kunċett ta’ “gravità” fis-sens tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u l-Artikolu 19 u 20 tal-linji gwida dwar il-multi, billi:
—
kien hemm nuqqas ta’ involviment effettiv tar-rikorrenti fil-ksur allegat;
—
kien hemm nuqqas ta’ implementazzjoni effettiva tal-allegat ksur; u
—
kien hemm nuqqas ta’ individwalizzazzjoni tal-azzjonijiet tar-rikorrenti fir-rigward tal-aġir ġenerali tal-impriżi kkonċernati.
—
Il-Kummissjoni kisret il-prinċipju tal-proporzjonalità billi:
—
l-applikazzjoni tar-rata ta’ 16 % hija sproporzjonata fir-rigward tad-dritt u tal-fatti tal-każ;
—
il-kalkoli bbażati fuq is-suq kollu tal-ġarr tal-merkanzija huma sproporzionati;
—
l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ tul huwa sproporzjonat; u
—
l-inklużjoni ta’ ammont addizzjonali fl-ammont bażiku huwa sproporzjonat.
—
Il-multa tal-Kummissjoni imposta fuq UTi Worldwide Inc., individwalment bħala kumpannija parent, huwa minfuh b’mod artifiċjali u żbaljat mill-formula matematika tal-Kummissjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti; Kapitolu 8 Vol. 2 p. 205)
(2) Linji ta’ gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (ĠU 2006 C 210, p. 2)
Full & Egal Universal Law Academy