11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/31
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2012 — Unister vs UASI (Ab in den Urlaub)
(Kawża T-273/12)
2012/C 243/54
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Unister GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hug u A. Kessler-Jensch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ April 2012, fil-Każ R 2150/2011-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Ab in den Urlaub” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39, 41 u 43 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja Nru 9 692 286
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
—
ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy