18.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 250/18
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2012 — Chyzh and Others vs Il-Kunsill
(Kawża T-276/12)
2012/C 250/33
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yury Aleksandrovich Chyzh (Minsk, Belarus); Triple TAA (Minsk, Belarus); NefteKhimTrading STAA (Minsk, Belarus); Askargoterminal ZAT (Minsk, Belarus); Bereza Silicate Products Plant AAT (Bereza District, Belarus); Variant TAA (Berezovsky District, Belarus); Triple-Dekor STAA (Minsk, Belarus); KvartsMelProm SZAT (Khotislav, Belarus); Altersolutions SZAT (Minsk, Belarus); Prostoremarket SZAT (Minsk, Belarus); AquaTriple STAA (Minsk, Belarus); Rakovsky brovar TAA (Minsk, Belarus); TriplePharm STAA (Logoysk, Belarus); u Triple-Veles TAA (Molodechno, Belarus) (rappreżentanti: D. O’Keeffe, Solicitor u B. Evtimov, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 37), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti;
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK tat-23 ta’ Marzu 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 95), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti; u
—
tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq
—
allegazzjoni li l-miżuri ikkontestati tal-Kunsill jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni għall-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista ta’ persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi, jew, sussidjarjament, li r-raġunament tal-Kunsill huwa vvizzjat bi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni;
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq
—
allegazzjoni li l-miżuri kkontestati tal-Kunsill jiksru d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal smigħ xieraq billi dawn ma jipprovdux lir-rikorrenti bil-possibbiltà li jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom, b’mod partikolari d-dritt li jinstemgħu. Minħabba r-relazzjoni mill-qrib bejn id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv, id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju ġudizzjarju effettiv inkiser ukoll.
Full & Egal Universal Law Academy