8.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 273/14
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2012 — Mega Brands vs UASI — Diset (MAGNEXT)
(Kawża T-292/12)
2012/C 273/25
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mega Brands International, Luxembourg, Zweigniederlassung Zug (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Diset, SA (Barcelona, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ April 2012, fil-Każ R 1722/2011-4 u tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 1681447; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MAGNEXT”, għal prodotti fil-klassi 28 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8990591
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Spanjola “MAGNET 4”, irreġistrata bin-Nru 2550099 għal prodotti fil-klassi 28; it-trade mark figurattiva Komunitarja “Diset Magnetics”, irreġistrata bin-Nru 3840121 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 28 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy