8.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 273/16
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2012 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-297/12)
2012/C 273/27
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Ġreċja) (rappreżentant: B. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tordna lill-Kummissjoni tħallasha s-somma ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-dannu lir-reputazzjoni professjonali tagħha minħabba l-ksur tas-sigriet professjonali mill-Kummissjoni, flimkien mal-interessi kumpensatorji mit-3 ta’ Lulju 2007 sakemm tingħata s-sentenza f’din il-kawża sal-ħlas komplet.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjez tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Europea l-kumpens għad-dannu subit minħabba l-aġir illegali tal-Kummissjoni Europea (iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni”), skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE (responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni). B’mod iktar partikolari, il-Kummissjoni kkawżat dannu lir-reputazzjoni professjonali tar-rikorrenti billi fit-3 ta’ Lulju 2007 bagħtet, lil impriżi terzi, dokumenti li kienu jirrigwardaw investigazzjoni pendenti kontra r-rikorrenti.
Ir-rikorrenti ssostni li l-kundizzjonijiet, bħal dawk stabbiliti mill-ġurisprudenza, sabiex tiġi bbażata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni, huma ssodisfatti sabiex hija tiġi kkumpensata għad-dannu lir-reputazzjoni professionali tagħha, minħabba li fatt li l-Kummissjoni nnotifikat b’mod illegali, lil terzi, l-eżistenza u l-kontenut ta’ investigazzjoni pendenti kontra r-rikorrenti, kif ukoll informazzjoni professjonali kunfidenzjali li tikkonċernaha.
Full & Egal Universal Law Academy