29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/26
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Lulju 2012 — Knauf Insulation Technology vs UASI — Saint Gobain Cristaleria (ECOSE TECHNOLOGY)
(Kawża T-324/12)
2012/C 295/47
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Knauf Insulation Technology (Visé, il-Belġju) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Saint Gobain Cristaleria, SL (Madrid, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Mejju 2012 fil-Każijiet magħquda R 1193/2011-5 u Rr 1426/2011-5 sa fejn laqgħet l-oppożizzjoni magħmula mill-opponent kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal parti mill-prodotti u servizzi li għalihom saret l-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut u — jekk ikun il-każ — lill-opponent in solidum għall-ispejjż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ECOSE TECHNOLOGY” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 3, 16, 17, 19, 20 u 40 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru W 998610
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2556409 tat-trade mark verbali “ECOSEC FACHADAS”, għal prodotti fil-klassijiet 17 u 19
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni għal parti mill-prodotti kkontestati milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata parzjalment annullata u appell miċħud u d-deċiżjoni kkontestata għall-kumplament ikkonfermata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy