29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/27
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2012 — Rocket Dog Brands vs UASI — Julius-K9 (K9 PRODUCTS)
(Kawża T-338/12)
2012/C 295/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rocket Dog Brands LLC (Hayward, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Reid, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Julius-K9 bt (Szigetszentmiklós, l-Ungerija)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-21 ta’ Mejju 2012 (R 1961/2011-4), sa fejn din tiċħad l-appell fir-rigward tal-prodotti kollha fil-klassi 25, u l-prodotti li ġejjin fil-klassi 18, jiġifieri prodotti magħmula minn dawn il-materjali u mhux inklużi fi klassijiet oħra; kartieri, portafolli; portafolli mhux magħmula minn metalli prezzjużi; u
—
tordna lill-proprjetarju jbati l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “K9 PRODUCTS” bl-iswed u bl-abjad, għal prodotti, fost oħrajn, fil-klassijiet 18 u 25 — Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5966031
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3933256 tat-trade mark figurattiva “K9” bl-iswed u bl-abjad, għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja parzjalment invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata sa fejn din tiddikjara t-trade mark Komunitarja invalida u talba għall-kanċellazzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy