20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/12
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2012 — Katjes Fassin vs UASI (Yoghurt-Gums)
(Kawża T-366/12)
2012/C 319/22
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmitz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 523/2012-4 u tirriformaha fis-sens li l-appell quddiem l-UASI jiġi kompletament miċħud;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Yogurt-Gums” għal prodotti fil-klassijiet 6, 24 u 30 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9 455 197
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy