20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/14
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2012 — REWE-Zentral vs UASI — Planet GDZ (PRO PLANET)
(Kawża T-373/12)
2012/C 319/27
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: REWE-Zentral AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kinkeldey u A. Bognár, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Planet GDZ AG (Tagelswangen, l-Isvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Ġunju 2012, fil-Każ R 1350/2011-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “PRO PLANET” għal prodotti fil-klassijiet 6, 17 u 19
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Planet GDZ AG
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “PLANET” għal prodotti fil-klassijiet 6 u 19
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy