17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/28
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2012 — Electric Bike World vs UASI — Brunswick (LIFECYCLE)
(Kawża T-379/12)
2012/C 355/61
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Electric Bike World Ltd (Southampton, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brunswick Corp. (Lake Forest, l-Istati Uniti)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fis-16 ta’ Mejju 2012 fil-Każ R 2308/2011-1; u
—
tikkundanna lill-UASI u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “LIFECYCLE” għal prodotti fil-klassijiet 12, 18 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8546401
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Spanjola Nru 1271758 “LIFECYCLE”, għal prodotti tal-klassi 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata sa fejn tiċħad l-oppożizzjoni għall-prodotti fil-klassi 12; applikazzjoni għal trade mark Komunitarja għal dawn il-prodotti miċħuda; rikors għall-prodotti l-oħra fil-klassi 12 miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy