27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/28
Rikors ippreżentat fit-22 ta Awwissu 2012 — Demon International vs UASI — Big Line Sas di Graziani Lorenzo (DEMON)
(Kawża T-380/12)
2012/C 331/53
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Demon International, LC (Orem, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Krüger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Big Line Sas di Graziani Lorenzo (Thiene (VI), l-Italja)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), fl-20 ta’ Ġunju 2012, fil-Każ R 1845/2011-4;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Demon” għal prodotti fil-klassi 9 — Trade Mark Komunitarja Nru 6 375 398
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Big Line Sas di Graziani Lorenzo
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Demon International
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark verbali internazzjonali “DEMON” għal prodotti fil-klassi 28
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Motivi invokati: ksur tad-dispożizzjonijiet, moqrija flimkien, tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy