27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/28
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awwissu 2012 — Singer vs UASI — Cordia Magyarország Ingatlanforgalmazó Zártkörüen Müködö (CORDIO)
(Kawża T-388/12)
2012/C 331/54
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Daniela Singer (Obertrubach, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Korom, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cordia Magyarország Ingatlanforgalmazó Zártkörüen Müködö rt (Budapest, l-Ungerija)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-10 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 1842/2011-2.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CORDIO” għal servizzi fil-klassi 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 115 262
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Cordia Magyarország Ingatlanforgalmazó Zártkörüen Müködö rt
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali CORDIA, għal servizzi fil-klassijiet 36, 37 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
Full & Egal Universal Law Academy