27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/29
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2012 — EDF vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-389/12)
2012/C 331/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Électricité de France SA (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 4617 finali, tat-28 ta’ Ġunju 2012, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti estensjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014 tat-terminu tad-Deċiżjoni ta’ Investiment Finali previst minn wieħed mill-Impenji imposti fi proċeduri ta’ amalgamazzjoni (Każ COMP/M.5549 — EDF/SEGEBEL);
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq
—
żball ta’ liġi u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 72 et seq tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar rimedji aċċettabbli taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (1).
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq
—
żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti sinjifikattivi tal-każ.
(3)
It-tielet motiv ibbażat fuq
—
ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(4)
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq
—
abbuż ta’ poter u/jew ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.
(5)
Il-ħames motiv ibbażat fuq
—
assenza ta’ motivazzjoni, peress li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi raġuni sabiex tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 88.
Full & Egal Universal Law Academy