17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/31
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Settembru 2012 — Lidl Stiftung vs UASI — Unipapel Industria Comercio y Servicios (UNITED OFFICE)
(Kawża T-391/12)
2012/C 355/66
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u S. Paul, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Unipapel Industria Comercio y Servicios, SL (Tres Cantos, Spanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-21 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 745/2011-1 u
—
tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva “UNITED OFFICE”, għal prodotti fil-klassijiet 9, 16 u 20 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7454606
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba għal invalidità kienet ibbażata fuq il-motivi msemmija fl-Artikolu 53(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 u fuq ir-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trade mark verbali “UNIOFFICE” Nru 1445832 għal prodotti fil-klassi 16
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: l-iskadenza tat-trade mark Komunitarja kkontestata li tikkonċerna parti mill-prodotti
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 15(1) moqri flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/209 u mar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95.
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy