27.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 331/29
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2012 — Lavazza vs UASI — Commercialunione prima (LAVAZZA A MODO MIO)
(Kawża T-392/12)
2012/C 331/56
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Luigi Lavazza SpA (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, G.E. Sironi, M. Ricolfi u C.E. Mezzetti, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Commercialunione prima Srl (Bresso, l-Italja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tilqa’ r-rikors, bil-konsegwenti annullament, minħabba ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, tad-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-26 ta’ Ġunju 2012, fil-Każ R 124/2011-1;
—
tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Commercialunione Prima Srl li r-reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru W00943981 “Lavazza a modo mio” tiġi estiża għall-Unjoni Ewropea u, konsegwentement, l-għoti tal-konċessjoni tal-estensjoni nfisha;
—
il-ħlas lura sħiħ tal-ispejjeż tal-proċeduri lil Luigi Lavazza SpA.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “LAVAZZA A MODO MIO” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 29, 30 u 43 — Reġistrazzjoni internazzjonali estiża għall-Unjoni Ewropea Nru W00 943 981
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Commercialunione prima Srl
Trade mark jew sinjal invokat: Trade marks nazzjonali figurattivi “A MODO MIO”, “la PIZZA A MODO MIO” u “A MODO MIO BIRRA & MUSIC” għal servizzi fil-klassi 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: il-Kummissjoni aċċettat ir-rinunzja tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni “LAVAZZA A MODO MIO” biss għall-klassi 43 u ċaħdet l-appell għall-bqija
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tat-tieni parti tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy