17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/32
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2012 — Fetim vs UASI — Solid Floor (Solidfloor The professional's choice)
(Kawża T-395/12)
2012/C 355/68
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Fetim BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: L. Bakers, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solid Floor Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Ġunju 2012 fil-Każ R 884/20011-2; u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “Solidfloor The professional’s choice” għal prodotti fil-klassi 19 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5667837
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark tar-Renju Unit Nru°2390415 tat-trade mark figurattiva “SOLID floor”, għal prodotti fil-klassijiet 19 u 37; isem kummerċjali “Solid Floor Ltd” użat fil-kummerċ fir-Renju Unit; isem ta’ dominju “SOLID Floor” użat fil-kummerċ fir-Renju Unit
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata, oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy