17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/33
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2012 — Ubee Interactive vs UASI — Augere Holdings (il-Pajjiżi l-Baxxi) (ubee)
(Kawża T-408/12)
2012/C 355/70
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ubee Interactive Corp. (Jhubei City, Tajwan) (rappreżentant: M. Nentwig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Augere Holdings (il-Pajjiżi l-Baxxi) BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 1848/2011-2; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “ubee”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7467111
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7130248 għat-trade mark verbali “QUBEE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37, 38 u 42; it-trade mark Komunitarja Nru 7224603 għat-trade mark figurattiva “QUBEE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37, 38 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy