17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/34
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2012 — Vitaminaqua vs UASI — Energy Brands (vitaminaqua)
(Kawża T-410/12)
2012/C 355/71
Lingwa tar-rikors: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Vitaminaqua Ltd (Londra) (rappreżentant: A. Krajnyák, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Energy Brands, Inc. (New York, l-Istati Uniti tal-Amerka)
Talbiet tar-rikorrenti
—
temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord talAppell tal-UASI li tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 338 592, dwar it-trade mark figurattiva “vitaminaqua” (Każ R 997/2011-1), u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark, b’mod li s-sinjal jiġi protett bħala trade mark, skont id-deċiżjoni adottata mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI.
—
tikkundanna lill-parti li qed topponi jew lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “vitaminaqua” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 338 592)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Energy Brands, Inc.
Trade mark jew sinjal invokat: fost oħrajn, it-trade marks verbali nazzjonali “VITAMINWATER” għal prodotti fil-klassijiet 5, 30 u 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy