1.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 373/6
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2012 — SFC Jardibric vs UASI — Aqua Center Europa (AQUA FLOW)
(Kawża T-417/12)
2012/C 373/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: SFC Jardibric (St Jean de la Ruelle, Franza) (rappreżentant: J.-L. Fourgoux, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aqua Center Europa, SA (Madrid, Spanja)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 2230/2010-4, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tas-16 ta’ Settembru 2010;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Trade mark figurattiva bl-element verbali “AQUA FLOW” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 17, 19 u 21 — trade mark Komunitarja Nru 1162064
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Aqua Center Europa, SA
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Trade mark figurattiva nazzjonali bl-element verbali “VAQUA FLOW” għal prodotti fil-klassi 11
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: It-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità hija miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ir-rikors huwa miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tal-Artikolu 54(2) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tal-prodotti;
—
Nuqqas ta’ konfużjoni bejn is-sinjali.
Full & Egal Universal Law Academy