8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/27
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2012 — Davril vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni
(Kawża T-448/12)
2012/C 379/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Philippe Davril (Épargnes, Franza) (rappreżentant: C.-É. Gudin, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tikkumpensa d-dannu kollu subit permezz ta’ sanzjonijiet pekunjarji, jiġifieri s-somma ta’ EUR 174 900;
—
tikkumpensa d-dannu morali kollu subit, jiġifieri s-somma ta’ EUR 100 000;
—
tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha:
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-195/11, Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (1), u T-458/11, Rich vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (2).
(1) ĠU 2011, C 173, p. 14.
(2) ĠU 2011, C 298, p. 28.
Full & Egal Universal Law Academy