8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/27
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2012 — British Telecommunications vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-456/12)
2012/C 379/48
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: British Telecommunications plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Rivas Andrés u G. van de Walle de Ghelcke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Ġunju 2012, fil-każ tal-għajnuna mill-Istat SA.33540 (2012/N) — Renju Unit — City of Birmingham — Digital District NGA Network, u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
(1)
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li
—
il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(3)(c) TFUE u l-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband (1) billi naqset milli tanalizza jekk l-għan tal-għajnuna huwiex definit sewwa,
(2)
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li
—
il-Kummissjoni naqset milli tevalwa l-proporzjonalità tal-miżura proposta taħt l-Artikolu 107(3)(c) TFUE u taħt il-punti 51 u 79 tal-Linji Gwida dwar il-Broadband u li messha fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali;
(3)
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li
—
il-Kummissjoni messha fetħet il-proċedura formali ta’ eżami minħabba li l-għajnuna proposta kellha effetti fuq swieq oħra għajr l-NGA li fir-rigward tagħhom ma hemmx distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni naqset milli tanaliżhom,
(4)
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li
—
billi eżiġiet li l-operatur magħżul “jissodisfa t-tipi kollha ta’ aċċessi għan-netwerk li jistgħu jiġu mfittxija mill-operaturi” id-deċiżjoni kkontestata tneħħi l-“effett ta’ inċentiv” u hija inkompatibbli mal-Linji Gwida dwar il-Broadband u mal-Artikolu 107(3)(c) TFUE;
(5)
Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li
—
il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(3)(c) TFUE u l-Linji Gwida dwar il-Broadband billi approvat l-użu ta’ għajnuna mill-Istat għad-duplikazzjoni ta’ linji tan-netwerk mikrija li kienu diġà jeżistu fiż-żona kkonċernata;
(6)
Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li
—
billi eżiġiet li n-netwerk il-ġdid “jissodisfa t-tipi kollha ta’ aċċessi għan-netwerk li jistgħu jiġu mfittxija mill-operaturi” id-deċiżjoni kkontestata hija sproporzjonata u inkompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi;
(7)
Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li
—
id-deċiżjoni kkontestata hija vvizjata minn żbalji ta’ fatt u minn żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt il-proċedura ta’ eżami preliminari billi ma esponietx il-motivazzjoni li fuqha hija bbażat id-deċiżjoni kkontestata.
(1) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linji gwida Komunitarji għall-applikazzjoni ta’ regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mat-tusigħ rapidu tan-netwerks tal-faxx wiesa’ (ĠU 2009, C 235, p. 7)
Full & Egal Universal Law Academy