8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/31
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2012 — Popp u Zech vs UASI — Müller-Boré & Partner (MB)
(Kawża T-463/12)
2012/C 379/52
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Eugen Popp (München, il-Ġermanja) u Stefan M. Zech (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Rohnke u M. Jacob avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Müller-Boré & Partner (München, il-Ġermanja)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 506/2011-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “MB” għal servizzi fil-klassi 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 369 771
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Müller-Boré & Partner
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali “MBP”, trade mark figurattiva Komunitarja u trade mark figurattiva nazzjonali li jinkludu l-element verbali “MB&P”, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni miċħuda
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikoli 42(2) u 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy