26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/51
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2012 — Sothys Auriac vs UASI — Grand Hotel Primavera (BEAUTY GARDEN)
(Kawża T-470/12)
2013/C 26/103
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sothys Auriac (Auriac, Franza) (rappreżentant: A. Berthet, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grand Hotel Primavera SA (Borgo Maggiore, San Marino)
Talbiet
—
tiddikjara u tiddeċiedi li dan ir-rikors huwa ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Lulju 2012, fil-Każ R 1419/2011-1;
—
tikkudanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “BEAUTY GARDEN” għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 29, 30 u 32 — Trade mark Komunitarja Nru 3456134
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Grand Hotel Primavera SA
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: trade mark nazzjonali figurattiva li fiha l-element verbali “BEAUTY GARDEN”, għal prodotti fil-klassijiet u 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: it-talba hija parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: ir-rikors huwa parzjalment miċħud u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni hija parzjalment annullata u rriformata mill-Bord tal-Appell
Motivi invokati:
—
Ksur tal-Artikolu 76(1) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009
—
Ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-UASI u tal-osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju
Full & Egal Universal Law Academy