26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/53
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2012 — Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-482/12)
2013/C 26/106
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Internationaler Hilfsfonds eV (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: H.-H. Heyland, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-konvenuta, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-tieni talba tar-rikorrenti tal-4 ta’ Ottubru 2012;
—
sussidjarjament, tannulla parzjalment id-deċiżjoni tal-konvenuta tat-28 ta’ Awwissu 2012 minħabba nuqqas ta’ osservanza ta’ dak stabbilit fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-300/10;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka essenzjalment li, permezz tad-Deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni wettqet biss parzjalment dak li ġie ordnat lilha fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-300/10 (Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).
Full & Egal Universal Law Academy