26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/53
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2012 — CeWe Color vs UASI (SMILECARD)
(Kawża T-484/12)
2013/C 26/108
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: CeWe Color AG & Co. OHG (Oldenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 Settembru 2012 fil-Każ R 2279/2011-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SMILECARD” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 40 — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9861691
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy