12.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/42
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2012 — CITEB u Belgo-Metal vs Il-Parlament
(Kawża T-488/12)
2013/C 9/76
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cit Blaton SA (CITEB) (Schaerbeek, Il-Belġju) u Belgo-Metal (Wetteren, Il-Belġju) (rappreżentant: R. Simar, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors għal annullament bħala ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni li permezz tagħha d-Direttorat Ġenerali tal-Infrastruttura u tal-Loġistika tal-Parlament Ewropew irrifjuta, fis-7 ta’ Settembru 2012, l-offerta tar-rikorrenti u ta l-kuntratt lil offerent ieħor, deċiżjoni li r-rikorrenti ġew informati biha permezz ta’ ittra tas-7 u tat-18 ta’ Settembru 2012;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
(1)
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 89(1) u (2), u 92 tar- Regolament Finanzjajru (1), tal-Artikolu 135(1) u (5) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni (2) u tal-Artikolu 49 tad-Direttiva 2004/18 (3), kif ukoll tal-prinċipji ta’ kompetizzjoni, ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza, ta’ proporzjonalità u tal-attenzjoni, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ma tinkludix ir-rapport redatt mill-kumitat ta’ evalwazzjoni li jikkostitwixxi r-raġuni tad-deċiżjoni u għalhekk ir-rikorrenti ma jistgħux jivverifikaw in-natura regolari tal-offerta magħżula.
(2)
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-Artikolu 100(2) tar-Regolament Finanzjarju, tad-dokumenti tal-kuntratt u tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-għoti tiegħu, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex motivata b’mod fattwali u xieraq għaliex ma tinkludix l-informazzjoni tar-rapport tal-kumitat ta’ evalwazzjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Gunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74)
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-23 ta’ Diċembru 2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145)
(3) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)
Full & Egal Universal Law Academy