26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/63
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2012 — Murnauer Markenvertrieb vs UASI (NOTFALL CREME)
(Kawża T-504/12)
2013/C 26/124
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Trebur, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Traub u H. Daniel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta’ Settembru 2012, fil-Każ R 271/2012-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “NOTFALL CREME” għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 10107134
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy