26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/63
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2012 — Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI — Cheng (B)
(Kawża T-505/12)
2013/C 26/125
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie des montres Longines, Francillon SA (Saint-Imier, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Xiuxiu Cheng (Budapest, l-Ungerija)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Settembru 2012, Każ R 193/2012-5; u
—
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva f’abjad u iswed “B” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 25 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8483562
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: Ir-reġistrazzjoni għal trade mark internazzjonali Nru 401319 tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ta’ ġwienah miftuħa b’disinn ġeometriku fin-nofs, għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 14
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy