5.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 135/40
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2014 minn Eva Cuallado Martorell mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Settembru 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-96/09, Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-506/12)
2014/C 135/52
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Eva Cuallado Martorell (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Pinto Cañón, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tilqa’ l-appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, It-Tieni Awla, fil-Kawża F-96/09, u tannullaha parzjalment, speċifikatament f’dak li jirrigwarda d-deċiżjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li l-appellanti ma tiġix ammessa għall-eżami orali u d-deċiżjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jirriffjutaw il-komunikazzjoni lill-appellanti tal-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti tagħha, kif ukoll tal-iskeda ta’ evalwazzjoni individwali relatata ma dawn l-eżamijiet;
—
tilqa’ totalment it-talbiet magħmula fl-ewwel istanza, ħlief f’dak li jirrigwarda l-annullament tad-deċiżjonijiet relatati mal-eżamijiet bil-miktub b) u ċ), sa fejn dawn id-deċiżjonijiet kienu jirrifjutaw il-komunikazzjoni tad-dokumenti miktuba mir-rikorrenti u tal-iskedi ta’ evalwazzjoni, ta’ kull wieħed minn dawn l-eżamijiet, redatta mill-Bord tal-Għażla, peress li dawn kienu ġew trażmessi lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-EPSO tas-16 ta’ Ġunju 2010, paragrafi 72 u 73, u
—
tikkonferma l-kundanna tal-appellata għall-ispejjeż għall-proċedura fl-ewwel istanza u tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.
1.
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ċaħad uħud mit-talbiet magħmula mill-appellanti fir-rikors, u b’hekk kiser id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
—
f’dan ir-rigward qed jiġi affermat li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li r-rikors kien tardiv fir-rigward ta’ wħud mit-talbiet magħmula fih, jiġifieri, bi ksur tal-prinċipju pro actione, li għall-kalkolu tat-terminu għall-preżentata, mill-azzjoni li kkawżat id-dannu, ma kellux jittieħed inklusiderazzjoni l-ilment amministrattiv ippreżentat mill-appellanti, skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
2.
It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn ġie ddikjarat li s-sempliċi komunikazzjoni lill-kandidat tal-marki miksuba, mingħajr raġunijiet ulterjuri, f’żewġ eżamijiet bil-miktub fil-kuntest ta’ kompetizzjoni ġenerali, tikkostitwixxi motivazzjoni suffiċjenti.
—
fid-dawl tal-kunsiderazzjoni tal-qorti tal-ewwel istanza li tgħid li l-Bord tal-Għażla huwa protett, fir-rigward tal-azzjonijiet kollha tiegħu, mis-segretezza, li jippresupponi protezzjoni tal-immunitajiet ta’ deċiżjoni, l-appellanti tallega l-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla fir-rigward tad-distinzjoni, fl-azzjonijiet tiegħu ta’ evalwazzjoni teknika, bejn in-“nukleu materjali tad-deċiżjoni” u l-“akwati” tagħha.
3.
It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikoli 42 u 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
—
f’dan ir-rigward qed jiġi affermat li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta kkunsidra li l-kandidata għall-kompetizzjoni ġenerali, li ma taqbilx mal-marki miksuba, ma għandhiex dritt ta’ aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti, u għalhekk kiser id-dritt tagħha ta’ aċċess għad-dokumenti.
Full & Egal Universal Law Academy