26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/67
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2012 — vs UASI — Il-Kummissjoni (PL )
(Kawża T-519/12)
2013/C 26/132
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GmbH (Kleinmachnow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Lührig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 Settembru 2012 fil-Każ R 1401/2011-1, għall-prodotti u għas-servizzi li ġejjin;
Klassi 9
:
Apparat u strumenti xjentifiċi, nawtiċi, għal skopijiet ta’ sondaġġi, fotografiċi, ċinematografiċi, ottiċi, li jiżnu, li jkejlu, li jissenjalaw, li jivverifikaw (superviżjoni), tas-salvataġġ u tat-tagħlim; apparat biex tirrekordja, għat-trasmissjoni u riproduzzjoni ta’ ħsejjes u stampi; tagħmir li jġorr id-data b’mod manjetiku, diski li tirrekordja fuqhom; magni tal-bejgħ awtomatiċi u mekkaniżmi għal apparat imħaddem bil-muniti; cash registers, tagħmir għall-ipproċessar tad-data u kompjuters, tagħmir periferiku tal-kompjuter u programmi tal-kompjuter (inklużi fil-klassi 9); l-oġġetti kollha msemmija iktar ’il fuq fir-rigward ta’ suq online għax-xiri u għall-bejgħ ta’ vetturi, trejlers u aċċessorji tal-vetturi.
Klassi 16
:
Karti, kartunċin u oġġetti magħmula minn dawn il-materjali (inklużi fi klassi 16); materjal għall-legatura tal-kotba; ritratti; kartoleriji; tajprajters u oġġetti neċessarji għall-uffiċċju (minbarra għamara); materjal istruttiv jew għat-tagħlim (inkluż fi klassi 16); materjali tal-plastik għall-ippakkjar; l-oġġetti kollha msemmija iktar ’il fuq fir-rigward ta’ suq online għax-xiri u għall-bejgħ ta’ vetturi, trejlers u aċċessorji tal-vetturi.
Klassi 35
:
Reklamar; amministrazzjoni kummerċjali; ġestjoni; xogħol fl-uffiċċju; l-oġġetti kollha msemmija iktar ’il fuq fir-rigward ta’ suq online għax-xiri u għall-bejgħ ta’ vetturi, trejlers u aċċessorji tal-vetturi.
Klassi 36
:
Assigurazzjoni; senserija f’assigurazzjonijiet; affarijiet finanzjarji; negozjar ta’ kreditu; operazzjonijiet finanzjarji; ġestjoni tal-assi; l-oġġetti kollha msemmija iktar ’il fuq fir-rigward ta’ suq online għax-xiri u għall-bejgħ ta’ vetturi, trejlers u aċċessorji tal-vetturi.
Klassi 38
:
Telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari servizzi tal-internet, ġbir, provvista u trażmissjoni ta’ messaġġi, informazzjoni, stampi u test; servizzi elettroniċi ta’ aġenzija tar-reklamar; l-oġġetti kollha msemmija iktar ’il fuq fir-rigward ta’ suq online għax-xiri u għall-bejgħ ta’ vetturi, trejlers u aċċessorji tal-vetturi.
Klassi 42
:
Servizzi xjentifiċi u teknoloġiċi u servizzi ta’ riċerka u ta’ disinn relatati ma’ dawn is-servizzi; disinn u żvilupp ta’ ħardwer u softwer tal-kompjuter; kiri ta’ softwer tal-kompjuter; provvista ta’ magni tat-tiftix għall-internet; l-oġġetti kollha msemmija iktar ’il fuq fir-rigward ta’ suq online għax-xiri u għall-bejgħ ta’ vetturi, trejlers u aċċessorji tal-vetturi.
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 1401/2011-1 għal servizzi fil-klassijiet 35, 38 u 42 fil-portata imsemmija hawn fuq;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali, li tinkludi l-element verbali “PL ”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 38 u 42 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8307779
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-Kummissjoni Ewropea
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark Komunitarja kienet tikkostitwixxi imitazzjoni araldika tal-armi tal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u trade mark Komunitarja ddikjarata invalida
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament Nru 207/2009
—
ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettativi leġittimi
Full & Egal Universal Law Academy