2.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/22
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2012 — Pågen Trademark vs UASI (gifflar)
(Kawża T-520/12)
2013/C 32/34
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Pågen Trademark AB (Malmö, l-Isvezja) (rappreżentant: J. Norderyd, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 46/2012-2 u tiddikjara li t-trade mark Komunitarja Nru 10 090 331 GIFFLAR (fig) li kienet saret applikazzjoni għaliha minn Pågen Trademark AB għandha tiġi ppubblikata u rreġistrata, jew, sussidjarjament, tordna lill-UASI jippubblika u jirreġistra t-trade mark;
—
tordna lill-konvenut sabiex iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “gifflar” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 — applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 10 090 331
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni parzjalment miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy