2.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/25
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2012 — Still vs UASI (Fleet Data Services)
(Kawża T-534/12)
2013/C 32/39
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Still GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Waller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
—
tannnulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Settembru 2012 fil-Każ R 130/2012-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-kawża;
—
tgħaqqad din il-kawża mal-kawża parallela mibdijja kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 4/2012-1, ukoll tal-10 Settembru 2012, dwar l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “Truck Data Services”, EM 009931429, skont l-Artikolu 50(1) tar-Regoli tal-Proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-elementi verbali “Fleet Data Services”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 12, 35, 36, 37 u 39 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 931 387
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009
—
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
—
ksur tal-Artikolu 73(2) tar-Regolament Nru 207/2009
Full & Egal Universal Law Academy