9.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/25
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2012 — Aroa Bodegas, SL vs UASI — Bodegas Muga (aroa)
(Kawża T-536/12)
2013/C 38/46
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Aroa Bodegas, SL (Zurukoain, Spanja) (rappreżentant: S. Alonso Maruri, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Muga, SL (Haro, Spanja)
Talbiet
—
tannulla u, għaldaqstant tiddikkjara mingħajr effett id-deċiżjoni mogħtija mir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ottubru 2012 fil-Każ R 1845/2010-4;
—
tannulla u, għaldaqstant tiddikkjara mingħajr effett id-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Awwissu 2010 (oppżizzjoni B1509499) u
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Aroa Bodegas, SL
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “aroa” għal prodotti fil-klassijiet 29, 32 u 33 — Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 8 276 297
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Bodegas Muga, SL
Trade mark jew sinjal invokat: trade mark nazzjonali figurattiva li tinkludi l-element verbali “aro” għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy