23.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/17
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2012 — Mikhalchanka vs Il-Kunsill
(Kawża T-542/12)
2013/C 55/30
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Aliaksei Mikhalchanka (Minsk, il-Bjelorussja) (rappeżentant: M. Michalauskas, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent;
—
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1014/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill Nru 1017/2012 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1), tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-196/11, AX vs Il-Kunsill (1).
(1) ĠU 2012, C 165, p. 19.
Full & Egal Universal Law Academy