12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) –Familienkasse vs Susanne Fassbender-Firman
(Kawża C-4/13) (1)
((Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Benefiċċji tal-familja - Regoli fil-każ ta’ kumulu ta’ drittijiet għal benefiċċji tal-familja))
(2015/C 007/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Agentur für Arbeit Krefeld – Familienkasse
Konvenuta: Susanne Fassbender-Firman
Dispożittiv
L-Artikolu 76(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar il-pubblikazzjoni [l-applikazzjoni] tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jawtorizza lill-Istat Membru ta’ impjieg jipprevedi fil-leġiżlazzjoni tiegħu sospensjoni mill-istituzzjoni kompetenti tad-dritt għall-benefiċċji tal-familja fl-assenza ta’ applikazzjoni għal benefiċċji tal-familja ppreżentata fl-Istat Membru ta’ residenza. F’tali ċirkustanzi, jekk l-Istat Membru ta’ impjieg jipprevedi tali sospensjoni tad-dritt għall-benefiċċji tal-familja fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, l-istituzzjoni kompetenti hija obbligata tapplika din is-sospensjoni, skont l-Artikolu 76(2), sakemm il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħha stabbiliti minn din il-leġiżlazzjoni huma ssodisfatti, mingħajr ma hija għandha setgħa diskrezzjonali f’dan ir-rigward.
(1) ĠU C 101, 06.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy