22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Ottubru 2014 – Gérard Buono et (C-12/13 P) u Syndicat des thoniers méditerranéens et (C-13/13 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-12/13 P u C-13/13 P) (1)
((Appell - Politika komuni tas-sajd - Kwoti tas-sajd - Miżuri urġenti adottati mill-Kummissjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE - Kundizzjonijiet - Dannu reali u ċert))
(2014/C 462/06)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Gérard Buono, Jean-Luc Buono, Roger Louis Paul Del Ponte, Serge Antoine Di Rocco, Jean Gérald Lubrano, Jean Lubrano, Jean Lucien Lubrano, Fabrice Marin, Robert Marin (rappreżentanti: A. Arnaud u P.-O. Koubi-Flotte, avukati) (C-12/13 P), Syndicat des thoniers méditerranéens, Marc Carreno, Jean Louis Donnarel, Jean-François Flores, Gérald Jean Lubrano, Hervé Marin, Nicolas Marin, Sébastien Marin, Jean-Marc Penniello, Serge Antoine José Perez (rappreżentanti: C. Bonnefoi, avukat) (C-13/13 P)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appelli ppreżentati fil-Kawżi C-12/13 P u C-13/13 P huma miċħuda.
2)
Gérard Buono, Jean-Luc Buono, Roger Del Ponte, Serge Antoine Di Rocco, Jean Gérald Lubrano, Jean Lubrano, Jean Lucien Lubrano, Fabrice Marin u Robert Marin huma kkundannati għall-ispejjeż fil-Kawża C-12/13 P u s-Syndicat des thoniers méditerranéens, Marc Carreno, Jean-Louis Donnarel, Jean-François Flores, Gérald Jean Lubrano, Hervé Marin, Nicolas Marin, Sébastien Marin u Serge Antoine José Perez huma kkundannati għall-ispejjeż fil-Kawża C-13/13 P.
(1) ĠU C 71, 09.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy