19.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 151/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Alpina River Cruises GmbH, Nicko Tours GmbH vs Ministero delle infrastrutture e dei trasporti – Capitaneria di Porto di Chioggia
(Kawża C-17/13) (1)
((Trasport marittimu - Regolament (KEE) Nru 3577/92 - Kunċett ta’ “kabotaġġ marittimu” - Servizzi ta’ kruċiera - Kruċiera fuq il-laguna ta’ Venezja, fil-baħar territorjali Taljan u fuq ix-xmara Pô - Imbark u żbark fl-istess port))
2014/C 151/06
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alpina River Cruises GmbH, Nicko Tours GmbH
Konvenut: Ministero delle infrastrutture e dei trasporti – Capitaneria di Porto di Chioggia
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Consiglio di Stato – Interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 10) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ kabotaġġ marittimu – Servizz ta’ kruċiera – Imbark u żbark tal-passiġġieri fl-istess port wara li jkunu saru waqfiet f’portijiet oħra
Dispożittiv
Servizz ta’ trasport marittimu li jikkonsisti fi kruċiera li tibda u tispiċċa, bl-istess passiġġieri, fl-istess port tal-Istat Membru li fih titwettaq, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “kabotaġġ marittimu” fis-sens tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92, tas-7 ta’ Diċembru 1992, li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu).
(1) ĠU C 86, 23.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy