10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermaniż) – Simon, Evers & Co GmbH vs Hauptzollamt Hamburg-Hafen
(C-21/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali - Dazji antidumping - Regolament (KE) Nru 499/2009 - Validità - Importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw miċ-Ċina - Importazzjoni tal-istess prodotti mibgħuta mit-Tajlandja - Evażjoni - Prova - Rifjut ta’ kooperazzjoni))
2014/C 395/11
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Simon, Evers & Co GmbH
Konvenuta: Hauptzollamt Hamburg-Hafen
Dispożittiv
Mill-eżami tad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ma rriżulta l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1174/2005 fuq l-importazzjonijiet tal-pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnati mit-Tajlandja, kemm jekk ikun iddikjarat li oriġinaw mit-Tajlandja kif ukoll jekk le.
(1) ĠU C 144, 20.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy