11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-23/13) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikoli 3 u 4)
2014/C 9/25
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas et S. Menez, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artkoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26) — Nuqqas ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi fi 8 agglomerazzjonijiet
Dispożittiv
(1)
Billi ma żguratx:
—
il-ġbir tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjoni ta’ Basse-Terre, b’ekwivalenza ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 15 000, u
—
it-trattament tal-ilma urban mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Ajaccio-Sanguinaires, ta’ Basse-Terre, ta’ Bastia-Nord, ta’ Cayenne-Leblond u ta’ Saint-Denis, b’ekwivalenza ta’ popolazzjoni ta’ iktar minn 15 000,
ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3 u 4(1) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi.
(2)
Ir-Repubblika Franċiża hija ikkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 79,16.03.2013
Full & Egal Universal Law Academy