29.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Frar 2014 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Slovakka
(Kawża C-31/13 P) (1)
(Appell - Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati mal-inbejjed - Database E-Bacchus - Tokaj)
2014/C 93/26
Lingwa tal-proċedura: l-Ungeriż
Partijiet
Appellanti: l-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u K. Szíjjártó, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u B. Schima kif ukoll minn B. Eggers, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tat-8 ta’ Novembru 2012, fil-Kawża L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (T-194/10) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli rikors intiż għall-annullament tal-inklużjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Vinohradnícka oblast’ Tokaj”, li hija mniżżla, bl-Islovakkja bħala pajjiż tal-oriġini, fir-reġistru elettroniku tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti relatati mal-inbejjed (database E-Bacchus) — Effetti legali tal-inklużjoni f’E-Bacchus — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ kooperazzjoni leali u ta’ ċertezza legali
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.
(3)
Ir-Repubblika Slovakka għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 71, 09.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy