12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Cartiera dell’Adda SpA vs CEM Ambiente SpA
(Kawża C-42/13) (1)
(Kuntratti pubbliċi - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza - Direttiva 2004/18/KE - Raġunijiet għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni - Artikolu 45 - Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew tal-offerent - Dikjarazzjoni obbligatorja dwar il-persuna indikata bħala “direttur tekniku” - Ommissjoni tad-dikjarazzjoni fl-offerta - Esklużjoni mill-kuntratt mingħajr il-possibbiltà li tiġi rrettifikata din l-ommissjoni)
(2015/C 007/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Cartiera dell’Adda SpA,
Konvenuta: CEM Ambiente SpA
Dispożittiv
L-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tagħha, kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-obbligu ta’ trasparenza għandhom jiġu interpretati f’dan is-sens li ma jipprekludux l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt, minħabba li dan l-operatur ma osservax l-obbligu, previst fid-dokumenti tal-kuntratt, taħt piena ta’ esklużjoni, li jannetti mal-offerta tiegħu dikjarazzjoni skont liema l-persuna indikata f’din l-offerta bħala direttur tekniku tal-imsemmi operatur ma tkunx suġġetta għal proċedura jew kundanna kriminali, anki meta, f’data wara l-iskadenza tat-terminu impost għall-preżentazzjoni tal-offerti, din id-dikjarazzjoni tkun ġiet ikkomunikata lill-awtorità kontraenti jew jiġi ppruvat li l-kwalità ta’ direttur tekniku ngħatat lil din il-persuna bi żball.
(1) ĠU C 101, 06.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy