15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/8
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Nordea Bank Danmark A/S vs Skatteministeriet
(Kawża C-48/13) (1)
((Leġiżlazzjoni fiskali - Libertà ta’ stabbiliment - Taxxa nazzjonali fuq il-profitti - Tassazzjoni ta’ gruppi - Tassazzjoni tal-attività ta’ stabbilimenti permanenti barranin ta’ kumpanniji residenti - Prevenzjoni ta’ taxxa doppja permezz tal-imputazzjoni tat-taxxa (metodu ta’ imputazzjoni) - Integrazzjoni mill-ġdid ta’ telf imnaqqas preċedentement fil-każ ta’ trasferiment tal-istabbiliment permanenti lil kumpannija tal-istess grupp li fir-rigward tagħha l-Istat Membru inkwistjoni ma jeżerċitax il-poter ta’ tassazzjoni tiegħu))
2014/C 315/11
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nordea Bank Danmark A/S
Konvenuta: Skatteministeriet
Dispożittiv
L-Artikoli 49 TFUE u 54 TFUE kif ukoll l-Artikoli 31 u 34 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li, fil-każ ta’ trasferiment minn kumpannija residenti ta’ stabbiliment permanenti li jinsab fi Stat Membru ieħor jew fi Stat ieħor kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, lil kumpannija mhux residenti tal-istess grupp, it-telf li jkun tnaqqas preċedentement fir-rigward tal-istabbiliment ittrasferit jiġi integrat mill-ġdid fil-profitt taxxabbli tal-kumpannija ċedenti, sa fejn l-ewwel Stat Membru jintaxxa kemm il-profitt li jirriżulta mill-imsemmi stabbiliment qabel it-trasferiment tiegħu kif ukoll il-profitt li jirriżulta mill-qligħ tal-imsemmi trasferiment.
(1) ĠU C 101, 06.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy