5.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 135/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Posteshop SpA – Divisione Franchising Kipoint vs Autorità garante della concorrenza e del mercato, Presidenza del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-52/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/114/KE - Kunċetti ta’ “reklamar qarrieqi” u ta’ “reklamar komparattiv” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv illegali jikkostitwixxu żewġ fatti illegali distinti))
2014/C 135/14
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Posteshop SpA – Divisione Franchising Kipoint
Konvenut: Autorità garante della concorrenza e del mercato, Presidenza del Consiglio dei Ministri
Fil-preżenza ta’: Cg srl, Tacoma srl
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Consiglio di Stato – Interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv – Prattiki kummerċjali żleali bejn in-negozjanti (ĠU L 376, p. 21) – Kunċett ta’ “reklamar qarrieqi u komparattiv” – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi mhux biss ir-reklamar li jkun, fl-istess ħin, qarrieqi u bbażat fuq paragun illegali, iżda li tipprovdi wkoll li reklamar qarrieqi u reklamar komparattiv huma żewġ fatti illegali separati
Dispożittiv
Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fir-rigward tal-protezzjoni tal-kummerċjanti, hija tqis ir-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv illegali bħala żewġ istanzi awtonomi ta’ ksur u li, bil-għan li tipprojbixxi u li tissanzjona reklamar qarrieqi, ma huwiex neċessarju li dan tal-aħħar ikun jikkostitwixxi kontemporanjament reklamar komparattiv illegali.
(1) ĠU C 123, 27.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy