25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský soud v Ostravě u tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Strojírny Prostějov a.s. (C-53/13), ACO Industries Tábor s.r.o. (C-80/13) vs Odvolací finanční ředitelství
(Kawżi magħquda C-53/13 u C-80/13) (1)
((Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Aġenzija tax-xogħol temporanju - Kollokament ta’ ħaddiema minn aġenzija stabbilita fi Stat Membru ieħor - Restrizzjoni - Impriża li tuża s-servizzi ta’ ħaddiema - Żamma f’ras il-għajn tat-taxxa fuq id-dħul ta’ dawn il-ħaddiema - Obbligu - Ħlas lill-baġit nazzjonali - Obbligu - Każ ta’ ħaddiema kkollokati minn aġenzija nazzjonali - Assenza ta’ tali obbligi))
2014/C 282/13
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qrati tar-rinviju
Krajský soud v Ostravě, Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Strojírny Prostějov a.s. (C-53/13), ACO Industries Tábor s.r.o. (C-80/13)
Konvenut: Odvolací finanční ředitelství
Dispożittiv
L-Artikolu 56 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha l-kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru wieħed li jirrikorru għal ħaddiema impjegati u kkollokati minn aġenziji tax-xogħol temporanju stabbiliti fi Stat Membru ieħor, iżda li joperaw fl-ewwel Stat Membru permezz ta’ fergħa, huma obbligati li jżommu t-taxxa f’ras il-għajn u li jħallsu lill-ewwel Stat Membru ħlas bil-quddiem fuq it-taxxa fuq id-dħul dovuta minn dawn il-ħaddiema, filwaqt li l-istess obbligu ma huwiex previst fir-rigward tal-kumpanniji stabbiliti fl-ewwel Stat li jużaw is-servizzi ta’ aġenziji tax-xogħol temporanju stabbiliti f’dan l-istess Stat.
(1) ĠU C 141, 18.05.2013.
ĠU C 147, 25.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy