15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio Nazionale Forense – l-Italja) – Angelo Alberto Torresi (C-58/13), Pierfrancesco Torresi (C-59/13) vs Consiglio dell’Ordine degli Avvocati di Macerata
(Kawżi magħquda C-58/13 u C-59/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Aċċess għall-professjoni ta’ avukat - Possibbiltà li tiġi rrifjutata l-iskrizzjoni fil-lista tal-ordni tal-avukati liċ-ċittadini ta’ Stat Membru li jkunu kisbu l-kwalifika professjonali ta’ avukat fi Stat Membru ieħor - Abbuż ta’ dritt))
2014/C 315/12
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio Nazionale Forense
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Angelo Alberto Torresi (C-58/13), Pierfrancesco Torresi (C-59/13)
Konvenut: Consiglio dell’Ordine degli Avvocati di Macerata
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 1998, sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni [kwalifika], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li ċittadin ta’ Stat Membru jmur fi Stat Membru ieħor sabiex hemmhekk jikseb il-kwalifika professjonali ta’ avukat wara li jkun għadda mill-eżamijiet universitarji u li jirritorna fl-Istat Membru li tiegħu għandu ċ-ċittadinanza sabiex hemmhekk jeżerċita l-professjoni ta’ avukat bis-saħħa tat-titolu professjonali miksub fl-Istat Membru fejn tkun inkisbet din il-kwalifika professjonali ma jistax jikkostitwixxi prattika abbużiva.
2)
L-eżami tat-tieni domanda magħmula ma rrileva ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 98/5.
(1) ĠU C 147, 25.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy