10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – GSV kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
(Kawża C-74/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Kodiċi TARIC 7019590010 u 7019590090 - Regolamenti li jimponu dazji antidumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw miċ-Ċina - Verżjonijiet lingwistiċi diverġenti - Obbligu ta’ ħlas tad-dazji antidumping))
2014/C 175/12
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: GSV kft
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – Interpretazzjoni tal-premessa 14 u tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 138/2011, tas-16 ta’ Frar 2011, li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 43, p. 9) – Eżenzjoni tad-drittijiet antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ drappijiet tal-fibra tal-ħġieġ li ma jaqgħux taħt id-deskrizzjoni tal-kodiċi TARIC 7019590010 kif jirriżulta mir-regolamenti ppubblikati bil-lingwa tal-importatur – Merkanzija li tista’ tiġi kklassifikata fl-imsemmi kodiċi skont verżjonijiet lingwistiċi oħra
Dispożittiv
1)
It-tariffa integrata tal-Komunitajiet Ewropej stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, għandha tiġi interpretata fis-sens li jistgħu jaqgħu taħt il-kodiċi tagħha 7019 59 00 10 prodotti bħalma huma dawk deskritti mill-qorti tar-rinviju, magħmula b’mod partikolari minn drappijiet b’malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ, b’toqob li d-daqs taċ-ċellola tagħhom huwa ta’ 4 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’, li jiżnu iktar minn 35 g/m2 u huma intiżi għall-qasam tal-kostruzzjoni.
2)
Il-fatt li l-prodott imsemmi fid-dikjarazzjoni doganali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, filwaqt li jissodisfa l-karatteristiċi previsti bil-kodiċi 7019 59 00 10 tat-tariffa integrata tal-Komunitajiet Ewropej u li jinsabu wkoll fir-regolamenti li jissuġġettawh għal dazji antidumping, ma jikkorrispondix għall-isem li huwa mogħti f’dan il-kodiċi u f’dawn ir-regolamenti kif ippubblikati bil-lingwa tal-Istat Membru ta’ oriġini tal-persuna li twettaq id-dikjarazzjoni u li fuqhom, din tal-aħħar ibbażat ruħha fid-dikjarazzjoni tagħha, b’mod esklużiv, ma jistax iwassal għall-annullament tal-klassifikazzjoni tariffarja tiegħu taħt l-imsemmi kodiċi li l-awtoritajiet doganali wettqu billi bbażaw ruħhom fuq verżjonijiet lingwistiċi oħra tal-istess kodiċi u tal-imsemmija regolamenti.
(1) ĠU C 164, 08.06.2013.
Full & Egal Universal Law Academy