25.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 282/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – SEK Zollagentur GmbH vs Hauptzollamt Gießen
(Kawża C-75/13) (1)
((Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni - Tneħħija ta’ merkanzija li fuqha huma dovuti dazji fuq l-importazzjoni mis-sorveljanza doganali - Tnissil tad-dejn doganali))
2014/C 282/14
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SEK Zollagentur GmbH
Konvenuta: Hauptzollamt Gießen
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 50 u 203 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li merkanzija mqiegħda f’ħażna temporanja għandha titqies li hija tneħħiet mis-sorveljanza doganali jekk hija ddikjarata bħala li hija fi proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern, iżda ma ħallietx il-ħażna u ma ġietx ippreżentata lill-uffiċċju doganali ta’ destinazzjoni, filwaqt li d-dokumenti ta’ tranżitu ġew ippreżentati lil dan tal-aħħar.
2)
Ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 203(3) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, f’każ ta’ tneħħija tal-merkanzija mis-sorveljanza doganali, il-persuna li, bħala kunsinnatur awtorizzat, qiegħdet il-merkanzija fil-proċedura doganali tat-tranżitu Komunitarju estern hija debitur skont din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 147, 25.05.2013.
Full & Egal Universal Law Academy