1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-76/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2002/22/KE - Komunikazzjonijiet elettroniċi - Netwerks u servizzi - Għażla tal-impriżi inkarigati mill-obbligi ta’ servizz universali - Transpożizzjoni inkorretta - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260 TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagament ta’ penalità - Somma f’daqqa))
2014/C 292/06
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade, G. Braun, L. Nicolae u M. Heller, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, assistit minn L. Morais, avukat)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottatx il-miżuri neċessarji kollha rikjesti mill-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-154/09, EU:C:2010:591), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 3 0 00 000.
3)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, penalità ta’ EUR 10 000 għal kull ġurnata ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (EU:C:2010:591), mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza sad-data ta’ eżekuzzjoni tal-imsemmija sentenza.
4)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 123, 27.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy