15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Arbetsdomstolen – l-Isvezja) – Fonnship A/S, Svenska Transportarbetareförbundet vs Svenska Transportarbetareförbundet, Fonnship A/S, Facket för Service och Kommunikation (SEKO)
(Kawża C-83/13) (1)
((Trasport marittimu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Regolament (KEE) Nru 4055/86 - Applikabbiltà għat-trasport minn jew lejn Stati partijiet mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz ta’ vapuri li jġorru l-bandiera ta’ pajjiż terz - Azzjonijiet sindakali meħuda f’portijiet ta’ tali Stat favur ċittadini ta’ pajjiż terz impjegati fuq dawn il-vapuri - Nazzjonalità ta’ dawn il-ħaddiema u vapuri bla effett fuq l-applikabbiltà tad-dritt tal-Unjoni))
2014/C 315/13
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Arbetsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fonnship A/S, Svenska Transportarbetareförbundet
Konvenuti: Svenska Transportarbetareförbundet, Fonnship A/S, Facket för Service och Kommunikation (SEKO)
Dispożittiv
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86, tat-22 ta’ Diċembru 1986, li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija stabbilita fi Stat parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, u proprjetarja ta’ vapur, li jġorr il-bandiera ta’ pajjiż terz, li permezz tiegħu huma pprovduti servizzi ta’ trasport marittimu minn Stat parti minn dan il-ftehim jew lejn tali Stat, tista’ tinvoka l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, sakemm hija tkun tista’ tiġi kklassifikata, minħabba li topera dan il-vapur, bħala l-fornitriċi ta’ dawn is-servizzi u sakemm id-destinatarji tagħhom ikunu stabbiliti fi Stati partijiet mill-imsemmi ftehim li ma huwiex l-Istat fejn l-imsemmija kumpannija hija stabbilita.
(1) ĠU C 114, 20.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy