22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-100/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-merkanzija - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirrikjedi li ċerti prodotti tal-kostruzzjoni li jkollhom fuqhom il-marka ta’ konformità “CE” għandhom ikunu konformi ma’ regoli nazzjonali addizzjonali - Listi ta’ regoli tal-kostruzzjoni (“Bauregellisten”)))
(2014/C 462/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms u G. Zavvos, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi imponiet, permezz ta’ listi ta’ regoli tal-kostruzzjoni msemmija mill-kodiċi tal-kostruzzjoni stabbiliti mil-Länder, għall-prodotti ta’ kostruzzjoni koperti mir-regoli armonizzati EN 681-2:2000, “Siġilli elastomeriċi – Rekwiżiti ta’ materjal għal siġilli ta’ għekiesi ta’ pajpijiet użati f’applikazzjoni ta’ ilma u drenaġġ – Parti 2: Elastomeri termoplastiċi”, EN 13162:2008, “Prodotti għall-iżolazzjoni termika ta’ bini – Prodotti ta’ suf minerali (MW) magħmulin f’fabbrika – Speċifikazzjoni”, u EN 13241-1, “Bibien u xtiebi industrijali, kummerċjali u ta’ garaxxijiet – Standard tal-prodott – Parti 1: Prodotti bla karatteristiċi ta’ reżistenza kontra n-nirien jew kontroll tad-duħħan”, u li jkollhom fuqhom il-marka “CE”, rekwiżiti addizzjonali għall-aċċess effettiv ta’ dawn il-prodotti fis-suq u l-użu tagħhom fit-territorju Ġermaniż, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 4(2) u 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003.
2)
Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 114, 20.04.2013.
Full & Egal Universal Law Academy